Xi kmamar tal-imħatri qed ipoġġu lil Papa Ljun XIV, lill-President Amerikan Donald Trump u lis-sindku tal-belt ta' New York Zohran Mamdani fuq quddiem f'lista ta' persuni li dis-sena jistgħu jingħata t-titlu tal-Persuna Tas-Sena.
Mill-1927 'l hawn, il-magażin popolari 'Time' ilu jagħti dan il-premju lil dik il-persuna li, għal xi raġuni jew oħra, tkun issemmiet l-iżjed matul is-sena.
Il-Papa Ljun XIV jaf jingħata dan l-unur hekk kif matul l-ewwel sena tiegħu bħala Mexxej tal-Knisja Kattoliku kien voċiferu fuq diversi suġġetti politiċi, u f'okkażjoni minnhom saħansitra sab ruħu f'konfront pubbliku mal-President ta' art twelidu.
Min-naħa 'l oħra, il-President Trump bid-deċiżjonijiet tiegħu, uħud iżjed kontroversjali minn oħrajn, bħala mexxej ta' wieħed mill-iżjed pajjiżi influwenti fid-dinja qed ikompli jsawwar il-politika internazzjonali.
Fl-aħħar u mhux l-inqas, is-sindku tal-belt ta' New York Zohran Mamdani kiseb l-attenzjoni tad-dinja bl-attiviżmu tiegħu f'diversi problemi li jaffetwaw il-ħajja ta' kuljum ta' bosta persuni.
Intom min taħsbu li għandu jingħata dan it-titlu?
Instagram / @pontifex u Facebook / President Trump u Facebook / Political Revolution