F'diskussjoni li tqanqlet waqt il-programm 'AWLA', il-Bayli li hu magħruf ma' bosta għall-kontenut li jtella' fuq il-midja soċjali, staqsa għalfejn il-kritika dejjem taqa' fuq iż-żwiemel li jaħdmu sigħat twal fil-qilla tas-sħana, meta hawn ukoll bnedmin li jaħdmu fl-istess temperatura għal tul ta' ħin.
Il-Bayli rrefera għall-fatt li xogħlu hu fit-towing tal-karozzi u spjega kif sikwit meta xi ħadd tiqaflu l-karozza jkollu joħroġ f'xemx tiżreġ. "Mhux kulħadd irid ibati?" argumenta l-Bayli.
L-intervent tiegħu qanqal diskussjoni sħiħa fuq il-midja soċjali hekk kif filwaqt li kien hemm min li qabel miegħu, oħrajn sostnew id-diżapprovazzjoni tagħhom.
Intom x'taħsbu dwar l-intervent tal-Bayli?
Facebook / AWLA u Pexels