Gwida f’dawn il-jiem ta’ festi kellu ċ-ċans jitkellem ma’ Jessika. Is-sena li għaddiet rajnieha ma’ JVF iżda lil hinn minn dan rajnieha f’diversi esperjenzi bħala solista, b’kanzunetti li dejjem niżlu tajjeb mas-segwaċi tal-Eurovision. Tant li kellha ċ-ċans li tirrappreżenta lil San Marino f’dan il-festival prestiġjuż. Araw x’kellha xi tgħidilna.
Għandek storja twila fil-mużika Maltija u saħansitra rrappreżentajt lil San Marino fil-Eurovision. Meta tħares lura, liema mument tħoss li ddefiniek l-aktar bħala artistika?
Hekk hu. Kif għedt tajjeb għandi storja twila fil-mużika. Filfatt bdejt inkanta minn eta’ żgħira ħafna ta’ sitt snin jien. Il-ġenituri tiegħi kienu jieħdu paċenzja kbira bija kważi kull nhar ta’ Sibt u Ħadd kont nidħol f’dawk il-festivals u mbagħad bdejt l-istorja tiegħi f’kemm pajjiżi barra minn Malta u anka Malta l-iktar palk important hawn Malta huwa tal-eurovision.
Naħseb waħda mill-iktar episodji li missitli qalbi kienet lura fl-2013 meta kelli kanzunetta li baqgħet sinonima miegħu u n-nies isemmuha ħafna kull meta jiltaqgħu miegħi li hija Hypnotica. Dik s-sena dik il-kanzunetta rebħet it-TVM Award u sa anka l-vot tal-pubbliku. Għalija meta inti bħala kantanta tirbaħ il-vot pubbliku tfisser ħafna għalina, għax aħna b’mod partikolari nkunu qed niktbu u naħdmu dawn il-kanzunetti kemm għalina nfusna bħala kantanti iżda wkoll għal pubbliku, għax aħna dejjem irridu nferrħu lill-pubbliku.

Int dejjem tidher bħala persuna pożittiva u enerġetika fuq il-palk. X’jagħtik dik l-enerġija u kif iżżomm ir-rutina kreattiva tiegħek attiva sena wara sena?
Iva jiena nemmen ħafna fil-pożittvità. Pero’ bħal kwalunkwe bniedem fid-dinja jkollok il-mumenti tiegħek ta’ ups and downs iġifieri dik hija xi ħaġa normali, ma tistax tgħid li inti dejjem kuntent. Ħa jkollok ġranet ħżiena pero trid tipprova tieqaf u taħseb u f’dak il-mument terġa’ ssib x’jagħmlek kuntent u dan l-aħħar irnexxieli nsib din il-mod kif naħdem fuqi innifsi.
Pajjiż partikolari missni. Jien inħobb insiefer ħafna. Mort il-Peru, issa diġa’ mort darbtejn. Meta tħares madwarek u tara l-mod kif jgħixu l-ħajja iktar sempliċi. Tibda tirrealizza kemm aħna għandna ħafna affarijet biex inkunu kuntenti bihom u meta jkollok xi problema partikolari tieqaf u tgħid din vera problema? Xi drabi nkunu qed inġibu d-dinja fit-tarf meta ma tkunx daqshekk fit-tarf. Għalhekk qisni nħossni persuna pożittivà u nemmen meta tkun pożittiv tiġbed iktar pożittivita, in-nies ta’ madwarek ikunu iktar pożittivi.

Matul is-snin esplorajt diversi stili mużikali. Hemm xi ġeneru li għadek ma ppruvajtx u li tixtieq tesperimenta bih?
Iva vera diversi stili mużikali li diġa’ pruvajt u hemm stili oħra li qatt ma nstemgħu fil-pubbliku, in-nies ma jafux li nagħmilhom jew studjajthom. Filfatt jien għamilt snin nistudja l-klassiku. Pero’ naħseb li jkolli nesperimenta fuq stil partikolari nemmen li jixirquli ħafna l-istili ta’ dance pop u soul. Kieku nipprova nivvinta xi ħaġa u ninfiltrahom flimkien.
Il-fans Maltin ilhom isegwu l-karriera tiegħek għal ħafna snin. Hemm xi messaġġ speċjali li tixtieq twassal lilhom hekk kif noqorbu lejn tmiem is-sena?
Messaġġ għall-fans tiegħi, nixtieq nirringrazzjahom tal-appoġġ kontinwu sena wara sena li dejjem ikunu hemm warajna għax kieku ma hemmx huma aħna ma aħna xejn. Vera ma aħna xejn litteralment iġifieri minn qalbi kważi bid-dmugħ f’għajnejja ngħidha tant kemm għalija jfissru ħafna l-fans għaliex huma jagħmluk min inti. Vera kuntenta anzi li baqgħu jsegwuni dejjem das-snin kollha hija xi ħaġa li tmissli qalbi u ovvjament nixtieq li dejjem jekk jistgħu jappoġġjawna fuq il-medja soċjali għax issa saret important ħafna u jekk jistgħu dejjem jitolbu l-kanzunetti tal-kantanti Maltin tagħna fuq l-istazzjonijiet tar-radju ħalli hekk jimbuttaw anka r-radji jdoqqu kanzunetti ta’ kantanti diversi, ta’ kantanti Maltin.

Il-Milied iġib miegħu ħafna nostalġija. Hemm xi tifkira tat-tfulija marbuta ma’ dan il-vojt li għadha tispirak sal-llum?
Il-Milied huwa vera żmien sabiħ, żmien għal qalbi ħafna . Il-Milied huwa ta’ żmien ta’ għaqda u ta’ żmien mal-familja għax kulħadd għaddej gas down. Allura qisu jkun żmien fejn partikolarment ninġabru lkoll flimkien. U b’mod partikolari hija l-presepju għax fl-aħħar mill-aħħar jien nemmen li l-Milied huwa t-twelid ta’ Ġesu’ Bambin u fil-fatt din is-sena b’mod partikolari armajt il-presepju propju tan-nanna, li sfortunatament ħallietna riċenti.
Għalija li qed narah hemmhekk apparti li jfakkarni fil-messaġġ propja tal-Milied ifakkarni wkoll fin-nanna u fl-għaqda tal-familja tagħna. Aħna xħin ningħaqdu kollha flimkien d-dar għandi nieħdu gost naraw xi ħaġa li tfakkarna f’nies importanti f’ħajjitna.
Jekk kellek toħroġ kanzunetta tal-Milied, x’ton u vibe tagħżel; waħda emozzjonali u profonda, jew xi ħaġa festiva u catchy?
Qisek kont f’moħħi. Din hija xewqa kbira tiegħi li noħroġ diska fil-Milied u għedt għaliex le? Forsi jkolli ċans naħdem fuq xi ħaġa hekk għas-sena d-dieħla imma l-mistoqsija jekk noħroġx kieku xi kanzunetta profonda jew emozzjonali jew catchy. Issa peresli jien kantanta daqsxejn versatili nħobb nagħmel it-tnejn li huma. Għal min isegwini jaf x’jien ngħid li nħobb inkun daqsxejn emozzjonali u profonda hemm ċertu drabi. U mbagħad hemm mumenti oħra fejn ikolli mumenti ta’ briju u ferħ allura naħseb li jkolli nagħmel żewġ kanzunetti.

Il-perjodu tal-festi ħafna drabi jkun impenjattiv. Kif tħobb tistrieħ jew tirrilassa matul il-Milied wara sena mimlija b’kejl, recording u filming?
Iva veru żmien il-Milied huwa żmien impenjattiv ħafna għalina l-kantanti. Ma nixtieqx ngħid li huwa xi ħaġa ħażina ta anzi vera nieħdu gost, huwa xogħolna li fl-aħħar mill-aħħar inferrħu n-nies madwarna u nagħmlu bil-qalb dan ix-xogħol. Pero’ meta mbagħad ikolli ċertu ġranet u mumenti nħobb inqattagħhom mal-familja tiegħi. Fil-fatt inkun ilħaqt qbadt il-kalendarju u nkun niżżilt ċertu ġranet li nkun naf li ħa niltaqa’ mal-familja tiegħi biex inqattgħu iktar minn siegħa flimkien għax huwa żmien ta’ għaqda. Grazzi ħafna tal-intervista.
Facebook / Jessika