Puttinu Cares ttella’ l-awgurju u r-ringrazzjament tagħha, mill-pjattaforma soċjali, lil Joe Farrugia fejn għamel l-għażla li minflok jaqla’ rigali għalih tingħata donazzjoni lill-Puttinu Cares.
“ Awguri fil-jum li għalaqt is-70 sena Joe Farrugia!
Minflok irċieva rigali f’din il-ġurnata speċjali, ix-xewqa ta’ Joe kienet li jagħti lura lill-oħrajn. Grazzi għall-imħabba u l-ġenerożità inkredibbli tal-familja u l-ħbieb, saret donazzjoni ta’ €3,000 lil Puttinu Cares f’ismu. Prosit għal dan il-ġest nobbli u cheers għal ħafna iktar snin sbieħ quddiemek!”
Prosit ta’ dan il-ġest sabiħ ta’ Joe u l-qraba tiegħu għaliex bis-saħħa ta’ dan ħa jkun qed jgħin lil ħajjiet ta’ oħrajn li jinsabu fil-bżonn.