Il-Mro. Dominic Galea Jfakkar Il-Memorja Tal-Għażiż Missieru L-Kompożitur Sammy Galea

Sammy Galea kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa kompożituri lokali. Hu tagħna diversi siltiet li għadna saħansitra nisimgħu fuq ir-radju sal-lum il-ġurnata. Ħames snin ilu tħabbar li ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem, iżda s-siltiet tiegħu jibqgħu dejjem fil-qlub tal-Maltin.

Il-Mro. Dominic Galea, iben Sammy, fuq il-mezzi soċjali sellem il-memorja tal-għażiż missieru permezz ta’ kelmtejn li jmissu l-qlub. Hu kiteb, “Ħames snin illum għażiż missier, imma dejjem tibqa’ f’qalbi. Din għalik- se nkun qed narak. Strieħ fil-paċi.”



Hu ġab filmat tiegħu jdoqq silta fuq il-pjanu mill-qalb b’emozzjoni kbira, iddedikata għal missieru.



Inżommu lil Sammy Galea fit-talb tagħna, jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.



Ritratti:

Facebook / Dominic Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI