Illum huwa jum memorabbli immens għal Joseph Armani, hekk kif bħal-lum sar missier. F’dan il-jum hu u martu laqgħu fid-dinja lil Denzel Jo.
“L-ewwel wild tiegħi, il-#GoldenBoy tiegħi, jagħlaq 19-il sena llum. Alla jbierek, kemm kbir f’żagħżugħ gustuż. Kuljum, nirringrazzja lill-Mulej talli tani iben tant ġentili u b’tant imħabba, mimli valuri u rispett.”
Joseph jawgura lil ibnu Denzel Jo l-isbaħ xewqat għall-futur u jawgurawlu li jibqa’ l-persuna mill-aqwa li hu. “#HappyBirthday għażiż Denzel Jo. Kompli agħmilna #Kburin”
Qasam ritratt riċenti flimkien miegħu għall-okkażjoni. Nawgurawlek minn qalbna Denzel Jo – nixtiqulek ħafna saħħa, hena, suċċessi u kulma tixtieq qalbek illum u dejjem!
Facebook/ Joseph Armani