Storja li tassew ħalliet impatt ġiet maqsuma fuq il-midja soċjali mill-paġna tal-Assoċjazzjoni Għall-Annimali Abbandunati, wara li l-kameras tas-sigurtà tagħhom qabdu mument mhux tas-soltu iżda mimli emozzjoni.
Il-filmati juru kelb idur waħdu fit-triq tagħhom: Triq Ħal Far, ġewwa Birżebbuġa, qabel ma waqaf quddiem s-santwarju tal-klieb, kważi donnu kien qed jitlobhom l-għajnuna. Wara li nnutaw dan il-mument, il-voluntiera fetħu l-bieb mal-ewwel u l-kelb baqa’ dieħel mingħajr stennija.
Sfortunatament, minkejja li ġiet mogħtija din l-informazzjoni, ħadd ma kkuntattja jew staqsa għalih. Għalhekk, il-kelb ġie milqugħ u stabbilit ġewwa s-santwarju għall-lejl, fejn sab saqaf fuq rasu u ftit serħan wara ġurnata diffiċli għalih.
Storja sempliċi iżda li tfakkarna kemm xi kultant azzjonijiet żgħar bħal dawn kapaċi jagħmlu differenza kbira.
Facebook/ AAA