Waqt il-ġirja ta’ filgħodu, l-kantant Kevin Borg ra xena li żgur ma kienx qiegħed jistenna f’din il-kesħa, speċjalment b’ħalbiet tax-xita mistennija.
“Bongu lil kulħadd,” hu kiteb. “Għadni kif spiċċajt minn ġirja ta’ filgħodu imma l-10 punti tiegħi dalgħodu jmorru għal din il-persuna fl-isfond li qed tgħum f’Jannar. Bilfors li kiesaħ silġ il-baħar bħalissa.”
Ġieli mort tgħum f’Jannar?
Facebook / Kevin Borg