Il-preżentatur Ivan Gaffiero kontinwament iwassal programmi li jħallu impatt fuq ir-radju, fejn ilaqqagħna ma’ diversi persuni bi stejjer b’saħħithom. Illejla jidher li se jkollu miegħu omm, li għaddiet minn mumenti iebsin.
“Titlifx il-programm tal-lejla! Illejla se jkolli stedina speċjali ħafna. Miegħi se tkun omm ta’ tifel, Thomas, li f’dawn l-aħħar snin rat id-dulur quddiem għajnejha hekk kif tara lill-uniku iben tagħha jbati. Imma din l-omm impressjonatni ħafna, għax hija mara ta’ kuraġġ u saħħa kbira. Storja ta’ mħabba, sofferenza u tama li żgur se tmiss il-qalb ta’ ħafna.”
L-imsemmi programm mimli emozzjonijiet, ħa jixxandar illejla fl-22:00 fuq ONE Radio.
Facebook/ Ivan Gaffiero