Kelb Mitluf Jinstab Fergħut Wara Li Qala’ Daqqa Ta’ Karozza Fi Triq Ewlenija F’Santa Venera

Żewġ klieb mitlufin spiċċaw jiġru fi triq ewlenija f’Santa Venera b’konsegwenza li lbieraħ wieħed minnhom sfa fergħut wara li qala’ daqqa ta’ karozza.

Malli nstabu ż-żewġ klieb ittieħdu għand l-Animal Welfare u xi sigħat wara l-attivista tal-annimali Christa Cilia żvelat li s-sidien ta’ żewġ klieb kienu nstabu.

Bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali esprimew sens ta’ rabja u dispjaċir għal din is-sitwazzjoni.







Ritratti:

Facebook / Francy Binetti u Prasanna Gurung

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI