Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ta’ Malta, Owen Bonnici, kiteb dwar l-aħbar li ħasdet id-dinja, hekk kif ħalla din id-dinja l-attur maħbub James Van Der Beek.
“Veru li kulħadd irid jgħaddi mill-istess triq imma ħadt ħasda meta qrajt li l-attur James Van Der Beek, il-famuż Dawson ta’ Dawson’s Creek, ħalliena ta’ 48 sena biss wara marda terminali.”
Jiftakar f’kemm meta kien iżgħar kien jagħmel siegħat isegwih fuq it-televiżjoni. Żgur li ħafna jirrelataw miegħu u wkoll kienu jarawh b’interess.
“Il-ħajja prezzjuża wisq u kull jum huwa rigal mill-isbaħ. Ngħid għalija rrid nuża kull qatra ta’ kull ġurnata biex nagħmel il-ġid. Għax iċ-ċens irid jiskadi għal kulħadd – meta ma nafux!”
Jistrieħ fis-sliem, James Van Der Beek.
Facebook/ Owen Bonnici