Sfortunatament il-preżentatriċi maħbuba Elaine Sammut ħa jkollha taqbeż l-appuntament ta’ kull nhar ta’ Ħamis, bil-programm Hello Min Hemm? Dan hekk kif tinsab ma tiflaħx, u minflokha ser tippreżenta Christine Haber.
Elaine kitbet, “Sfortunatament ninsab indisposta llum u fin-nuqqas tiegħi ser tkun magħkom LIVE għall-programm Hello! Min hemm?, Christine Haber. Grazzi mill-qalb Christine.”
Hi tkompli billi tirreferi għar-ritratt li qasmet, “P.S : Ritratt mhux meħud illum. Illum pyjama, ġinġer, għasel, lumi u mediċina! Jekk Alla jrid inkun magħkom nhar it-Tnejn li ġej fis-14:15 fuq NET Television.”
Nawgurawlek irkupru malajr Elaine!
Facebook/ Elaine Sammut