Nar Qawwi F’Garaxx F’Birkirkara Jħalli Tliet Familji Mingħajr Dar – Tnieda Fond Biex Jgħinhom Jerġgħu Jqumu Fuq Saqajhom

Hekk kif ġie irrappurtat fl-aħbarijiet nhar l-Erbgħa 11 ta’ Frar 2026, nirien qawwija ħakmu garaxx fi Triq Valley, Birkirkara – inċident li ħalla konsegwenzi kbar fuq tliet familji li kienu jgħixu propju fuq dan il-garaxx.

Id-djar tagħhom spiċċaw f’kundizzjoni fejn ma jistgħux jintużaw. Il-ħitan saru suwed bid-dħaħen, it-twieqi tkissru, u r-ragħwa tal-pumpieri għattiet dak li ftit sigħat qabel kien spazju mimli ħajja u memorji. Sabiex jiġbru xi affarijiet li setgħu jsalvaw, il-familji kellhom jidħlu fid-dar akkumpanjati mill-Pulizija.



Fortunatament, ħadd ma weġġa’ u l-familji jinsabu kollha siguri. Madankollu, tilfu kważi kollox: għamara, ħwejjeġ, oġġetti personali u memorji ta’ ħajja sħiħa. Quddiemhom issa hemm triq twila ta’ bini mill-ġdid.



Priscilla Spiteri nediet ġbir ta’ fondi sabiex tgħin lil dawn il-familji jerġgħu jqumu fuq saqajhom. Kull donazzjoni, kbira jew żgħira, se tmur direttament biex tgħinhom jibdew mill-ġdid u jirrestawraw djarhom.

Min jista’ jikkontribwixxi huwa mħeġġeġ sabiex jagħmel dan. Min ma jistax, jista’ xorta jgħin billi jaqsam dan l-appell.



Ritratti:

Facebook/ Priscilla Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI