Il-kumpanija Virtu Ferries ħabbret bidliet fl-iskeda tal-vjaġġi minħabba kundizzjonijiet tal-baħar mhux favorevoli. Għat-Tlieta 17 ta’ Frar, minħabba temp ħażin, il-vjaġġi kollha ġew ikkanċellati.
Fir-rigward tal-Erbgħa 18 ta’ Frar, se jkunu qed joperaw vjaġġi skedati kif ukoll oħrajn żejda biex jakkomodaw lill-passiġġieri. Il-vjaġġi se jsiru kif ġej:
Minn Malta għal Pozzallo:
05:00 (skedat)
07:30 (skedat)
11:30 (extra)
15:00 (extra)
18:00 (skedat)
Minn Pozzallo għal Malta:
08:30 (skedat)
11:00 (extra)
14:30 (extra)
19:30 (skedat)
21:30 (skedat)
Il-passiġġieri huma mħeġġa jiċċekkjaw l-aħħar aġġornamenti qabel l-ivvjaġġar tagħhom u jikkuntattjaw lill-kumpanija għal aktar informazzjoni jekk meħtieġ.
Facebook / Virtu Ferries Ltd.