Il-personalità lokali Adam Sullivan saħaq li fil-fehma tiegħu l-bullying fl-iskejjel Maltin mhuwiex se jonqos billi t-tfal jiġu mgħallma sabiex ma jibbuljawx lil xulxin.
Saħaq li minflok it-tfal għandhom jiġu mgħallma sabiex ikunu iżjed b’saħħithom u ma jħallux lilhom infushom jiġu affetwati bil-kliem u l-għemil ta’ dawk ta’ madwarhom.
Sullivan semma li hu stess fuq il-midja soċjali jirċievi għadd ta’ kummenti negattivi iżda qatt ma jħallihom iwaqqfuh milli jesprimi fehmtu fil-miftuħ.
Kompla jistqarr li hu stess fil-passat kien vittma tal-bullying u dejjem osserva li r-raġuni għalfejn xi tfal jagħżlu li jibbuljaw lil oħrajn hija proprju għaliex huma stess ikunu insiguri u għalhekk iħossuhom aħjar meta jċekknu lil dawk ta’ madwarhom.
“Il-bullying mhuwa xejn ħlief persuna insigura li qed tweġġa’ lil ħaddieħor bil-għan li tiġi aċċettata mill-folla,” saħaq Adam Sullivan.
@adam_sulli Why “Stop Bullying” Doesn’t Actually Work
♬ halfway down – distvnt & pandora.
TikTok / Adam Sullivan