Clare Agius Tħabbar Il-Mewt Tal-Kelba Maħbuba Tal-Familja Phoebe

Illum il-preżentatriċi Maltija Clare Agius sellmet lill-kelba tagħha li ħalliet marka f’ħajjitha u fil-ħajja tal-familja tagħha – Phoebe, il-kelba maħbuba li għal snin sħaħ tat mħabba bla kundizzjoni u ferħ lil dawk li laqgħuha f’darhom.

F’messaġġ emozzjonanti li qasmet fuq il-midja soċjali, Clare kitbet, “Illum sellimna lil Phoebe, il-kelba maħbuba tagħna!” Hija spjegat li Phoebe kellha kundizzjoni ġenetika li ħasdet ħajjitha u, minkejja kull sforz, ma setax isir aktar.

Clare stqarret kemm kull darba li titlef pet hija kiefra, anke jekk din ma kinitx l-ewwel darba li kellhom jgħaddu minn din l-esperjenza. “Ma kinitx l-ewwel pet tagħna u lanqas se tkun l-aħħar waħda, iżda kemm tweġġa’ kull darba!” kitbet, kliem li jolqot lil kull min iħobb l-annimali.



L-istorja ta’ Phoebe hija waħda speċjali. Fl-2020, hija nstabet bla f’Golden Bay, post li aktar ’il quddiem sar il-favorit tagħha. “Hija għażlitna, mhux aħna għażilnieha,” irrakkuntat Clare, filwaqt li spjegat kif Phoebe daħlet f’ħajjithom b’mod naturali u immedjat.



Minn dak il-jum ’l hawn, Phoebe saret parti integrali mill-familja. Hija ħalliet impatt fuq kull membru, u anke fuq dawk li ħadu ħsiebha meta kienu jsiefru. “Kienet tassew speċjali,” sostniet Clare, u żiedet li se tibqa’ għal dejjem imnaqqxa f’qalbhom.

Phoebe ma kinitx biss kelba; kienet preżenza li timla d-dar b’enerġija u lealtà. “Phoebe daħlet f’ħajjitna, inkitbet f’qalb kull wieħed minna u se tibqa’ għal dejjem. Strieħ fil-paċi,” temmet tgħid Clare.

Għalkemm il-familja għaddejja minn mument ta’ niket, il-memorji, speċjalment dawk marbuta mal-ġranet xemxin f’Golden Bay, se jibqgħu jgħixu għal dejjem fil-qlub tagħhom.



Ritratti:

Facebook / Clare Agius

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI