“Wieħed Mill-Bugħaddasa Tagħna Stess, Dominic Perrin, Ħalliena Ħabta U Sabta” – Coast Is Clear

 Il-voluntiera tal-għaqda Coast is Clear b’qalb sewda kitbu tislima lil ħabib tal-qalb tagħhom fuq il-mezzi soċjali.

Huma kitbu, “Ninsab ixxukkjat u bid-dmugħ f’għajnejja. Għadni kif irċevejt l-aħbar li wieħed mill-bugħaddasa tagħna stess, Dominic Perrin, ħalliena ħabta u sabta. Ħamest ijiem ilu konna flimkien innaddfu l-bajja ta’ San Ġiljan u nieħdu gost flimkien.”

Żiedu jgħidu, “Biss ħamest ijiem ilu kien qed jogħdos għall-aħħar darba magħna waqt li jnaddaf ix-xatt ta’ Malta. Kondoljanzi lill-martu Alison u lil ibnu Nathaniel. Grazzi għall-ħbiberija tiegħek. Strieħ fil-paċi ħabib.”



Nirringrazzjawh għad-dedikazzjoni tiegħu biex jieħu ħsieb il-baħar u x-xatt Malti. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. F’isem Gwida, nagħtu l-kondoljanzi tagħna  lill-familjari u ħbieb tiegħu.





Ritratti:

Facebook / Coast is Clear

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI