Il-Ministru Owen Bonnici fuq il-mezzi soċjali tiegħu dalgħodu qasam aħbar xejn sabiħa ta’ traġedja tista’ tgħid li seħħet fil-Ministeru dalgħodu hekk kif persuna ħalla din id-dinja waqt li kien fuq xogħol.
Hu jikteb, “Dalgħodu sebħet ġurnata ta’ dieqa kbira fil-Ministeru hekk kif persuna li żaret il-Ministeru fuq xogħol konness mal-funzjoni tiegħu ntilef minn sensih u sussegwentement ġejna nformati li miet b’kawża naturali.”
Hu jżid, “Diversi ħaddiema tal-Ministeru kienu pronti li taw l-ewwel għajnuna u millewwel issejħu fuq il-post tobba, infermiera, l-ambulanza u kif ukoll membri tal-forzi tal-ordni. Nirringrazzja minn qalbi lil dawk kollha li taw l-ewwel għajnuna. Kburi ħafna b’kull wieħed u waħda minnhom tad-dedikazzjoni li urew.”
Il-Ministru Owen Bonnici jtemm bil-kliem, “Kondoljanzi minn qalbna lill-familjari kollha.” F’isem it-tim ta’ Gwida, aħna ningħaqdu miegħu biex ngħaddu l-kondoljanzi tagħna.
Facebook / Owen Bonnici