“B’Qalbna Maqsuma U B’Uġigħ Li Qas Nistgħu Niddeskrivu Nħabbru L-Mewt Ta’ Bintna” – Antoine Magro

Matul dawn l-aħħar sigħat bosta kienu dawk il-ħbieb u l-familjari li fuq il-midja soċjali sellmu l-memorja ta’ Mariah Magro wara li sfortunatament ħalliet din id-dinja ta’ età żgħira.

Missierha fuq il-midja soċjali stqarr li bħalissa jinsab qalbu maqsuma u ma jistax ifisser bil-kliem in-niket u l-uġigħ li qed iħoss.

Saħaq li bintu kienet “sors ta’ dawl f’ħajtu” u tenna li qatt mhu se jinsa’ it-tbissima kif ukoll it-tjubija li dejjem kienet iġġorr matul ħajjitha.

Temm jistqarr li f’mument bħal dan isib wens biss fil-bosta memorji li għamel ma’ bintu.

Ħbieb oħrajn li sellmu l-memorja tagħha ddeskrivew il-ħbiberija li kellhom magħha bħala waħda speċjali u stqarru li tħallew “bla kliem” meta semgħu bl-aħbar.



Il-funeral ta’ Mariah mistenni jseħħ jumejn oħra, is-Sibt fit-28 ta’ Frar, fid-9:00 ġewwa l-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla.



Tistrieħ fis-sliem!



Ritratti:

Facebook / Antoine Magro u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI