“Grata Għal-Lezzjonijiet, It-Tkabbir U R-Reżiljenza” – Jessika Tiċċelebra Għeluq Sninha

Il-kantanta u kantawtriċi Maltija Jessika illum tagħlaq 37 sena, u għażlet li timmarka din l-okkażjoni b’messaġġ personali u riflessiv li laqat lil ħafna mis-segwaċi tagħha.

“37 illum. Happy birthday lili,” kitbet Jessika, qabel ma qasmet ħsibijiet profondi dwar il-vjaġġ tagħha tul is-snin. Hija ammettiet li għaddiet minn mumenti ta’ suċċess u oħrajn ta’ sfida, u li l-ħajja ma kinitx perfetta, l-istess kif lanqas hi ma kienet.



“Għext, tgħallimt, tħabatt, kbirt”, sostniet, filwaqt li spjegat kif kull esperjenza, kemm jekk kienet waħda pożittiva jew diffiċli, sawret il-mara li hija llum. U fuq kollox, hija ddikjarat li tinsab kburija biha nnifisha.



Jessika rringrazzjat il-lezzjonijiet li tgħallmet tul it-triq, it-tkabbir personali, ir-reżiljenza li żviluppat u anke l-ħlewwa li qalet li qatt ma tilfet, kwalità li turi kemm minkejja l-isfidi, baqgħet sensittiva u awtentika.



Il-messaġġ tagħha jagħlaq b’nota ta’ ċelebrazzjoni u maturità, “Grazzi 37 sena – aktar għarfa, aktar b’saħħti, aktar kalma u kburija bil-mara li sirt.” Kliem li juri bilanċ, għarfien u paċi interna.

F’dan il-jum speċjali, il-messaġġ ta’ Jessika huwa tfakkira sabiħa li kull sena ġġib magħha aktar għerf u saħħa, u li l-vjaġġ personali ta’ kull wieħed u waħda minna huwa wieħed li jistħoqqlu jiġi ċċelebrat.

Awguri, Jessika!

Ritratti:

Facebook / Jessika

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI