Illum Tiċċelebra Għeluq Sninha L-Kantanta Lokali Janice Mangion – Kemm Taħsbu Li Għalqet?

Il-kantanta li żgur tibqa’ magħrufa għas-silta tagħha Kewkba, li biha spiċċat fit-tieni post tal-Malta Eurovision 2017, illum tiċċelebra għeluq sninha. 9 snin wara Kewkba, lil Janice erġajna rajnieha fil-Malta Eurovision Song Contest b’silta kollha kemm hi bil-Malti din is-sena, is-silta Univers li ntlaqgħet b’mod pożittiv minn ħafna.



Janice illum tagħlaq 37 sena u tul il-karriera tagħha, Janice tatna diversi kanzunetti bil-lingwa Maltija li juru mhux biss il-firxa vokali impressjonanti tagħha, iżda wkoll il-kapaċità li twassal emozzjoni b’mod awtentiku u qawwi. Hi dejjem kienet preżenza kostanti fil-konkorsi lokali, fejn kisbet diversi unuri u rikonoxximenti, u kompliet tikkonferma l-impenn u l-passjoni tagħha lejn il-mużika u anke l-lingwa Maltija. Il-lingwa li tista’ tgħid saret sinonima ma’ isimha.



Lil hinn mill-palk, Janice tibqa’ ispirazzjoni, speċjalment dawk li jagħżlu li jesprimu ruħhom bil-lingwa Maltija. Il-konsistenza, id-dedikazzjoni u l-imħabba tagħha lejn l-arti huma kwalitajiet li żammewha relevanti u maħbuba mill-pubbliku.



Nawguraw lil Janice sena oħra mimlija suċċess, mużika sabiħa u mumenti memorabbli. Awguri għal għeluq sninek u nistennew b’ħerqa dak li jmiss fil-vjaġġ mużikali tiegħek!

Ritratti:

Facebook / Janice Mangion

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI