“Fid-Dawl Tas-Sitwazzjoni Preżenti Fil-Lvant Nofsani U Fir-Reġjun Tal-Golf… Jinforma Lil Dawk Il-Maltin…” – Il-Viċi Prim Ministru Ian Borg

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, joħroġ din l-istqarrija mill-pjattaforma soċjali tiegħu fejn qiegħed jitlob lil Maltin li jinsabu f’dawn iż-żoni u għandhom bżonn xi tip ta’ għajnuna sabiex jew jagħmlu kuntatt mal-Ambaxxata fil-pajjiż li jinsabu fih jew iċemplu direttament fuq +356 2204 0000.

“Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti fil-Lvant Nofsani u fir-Reġjun tal-Golf, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jinforma li dawk il-Maltin li bħalissa jinsabu f’dawn iż-żoni u li jeħtieġu l-għajnuna jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata fil-pajjiż rispettiv jew jikkuntattjaw direttament lill-Ministeru fuq +356 2204 0000.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI