“Il-Mard Jibdlek… L-ALS Bidlitni Wkoll Minn Mistħi Għall-Persuna Li Xejn Ma Jaqtagħli Qalbi” – Bjorn Formosa

Bjorn Formosa

Bjorn Formosa huwa wieħed mill-aktar ismijiet magħrufa f’Malta meta nitkellmu dwar kuraġġ, determinazzjoni u servizz lejn il-komunità.

Minkejja li ġie dijanjostikat bl-ALS, huwa għażel li jittrasforma l-isfida personali tiegħu f’missjoni biex jgħin lil oħrajn. Permezz tal-ħidma tiegħu mal-ALS Malta Foundation, Bjorn sar simbolu ta’ tama u bidla soċjali f’pajjiżna.

F’soċjetà fejn l-isfidi mediċi jistgħu jidhru kbar wisq, Bjorn wera li l-ispirtu uman jista’ jkun aktar b’saħħtu minn kull ostaklu.

Bjorn stess huwa konxju ta’ dan u probabbli din l-istess determinazzjoni qed tkompli tagħtih iżjed kuraġġ.

“Il-mard jibdlek; fiżikament sakemm kważi ma tagħrafx lilek innifsek fil-mera, L-ALS bidlitni ukoll minn mistħi għall-persuna li xejn ma jaqtali qalbi biex ngħinu aktar pazjenti!”

Hu kiteb dan f’post fuq il-midja soċjali meta semma kemm il-mard jirnexxielu jħalli impatt b’diversi modi f’persuna. Ħafna segwaċi tiegħu kkummentaw fejn esprimew l-ammirazzjoni tagħhom lejh.







Ritratti:

Facebook/ Bjorn Formosa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI