“Dejjem Kien Minn Ta’ Quddiem Biex Jagħti L-Kontribut Tiegħu” – Drama Group San Sebastjan B’Tislima Lil Robert Micallef

Robert Micallef

Aktar kmieni ġiet imħabbra l-mewt ta’ raġel ta’ 34 sena li tilef ħajtu traġikament ġewwa Ħal Qormi. Il-vittma huwa Robert Micallef, u bosta sellmu l-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali.

“Id-Drama Group San Sebastjan isellem il-memorja ta’ Robert Micallef (Tom-Mix) li tilef ħajtu f’inċident iktar kmieni llum. Nagħtu l-kondoljanzi lill-qraba u lill-familjari, filwaqt li nżommuhom fi ħsiebna u f’talbna f’dan il-mument diffiċli!”

Il-grupp ikompli jikteb, “Robert għal xi snin ħa sehem bħala attur u dejjem kien minn ta’ quddiem biex jagħti l-kontribut tiegħu lill-għaqda tagħna f’dak kollu li kellu x’jaqsam ma’ ġarr u transport.”

Jiddispjaċina għal din it-telfa. Insellmu l-memorja ta’ Robert. Kondoljanzi lill-familjari u dawk kollha qrib tiegħu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI