The Malta Police Force ħabbret li matul l-aħħar jiem wettqet b’suċċess operazzjoni ta’ ritorn sfurzat ta’ raġel lejn il-pajjiż tal-oriġini tiegħu, wara li nstab jgħix u jaħdem b’mod irregolari f’Malta.
Skont il-Pulizija, ir-raġel kien ġie arrestat aktar kmieni din is-sena f’Paceville wara allegazzjonijiet li kien qed jikser il-paċi pubblika.
“Aktar kmieni din is-sena ir-raġel kien ġie arrestat f’Paceville wara li kien qiegħed jikser il-paċi pubblika. Dakinhar, permezz ta’ stħarriġ imwettaq, ġie stabbilit li r-raġel kien qiegħed jaħdem irregolarment hekk kif il-permess li jirrisjedi f’Malta kien skada.”
Il-Pulizija sostniet li se tkompli taħdem sabiex tiżgura li jiġu osservati l-liġijiet relatati mal-immigrazzjoni u l-ordni pubbliku f’Malta.
Prosit u Grazzi lill-korp tal-Pulizija tal-ħidma kontinwa!
Facebook/ The Malta Police Force