Il-Gvern jibqa’ impenjat li joħloq komunitajiet, siguri u sostenibbli madwar Malta u Għawdex.
B’investiment ta’ €1.1 miljun, din is-sena ġew approvati 18-il proġett sabiex jibbenifikaw minn fondi mogħtija mill-aġenzija LESA.
Fondi li mill-2021 s’issa waslu sabiex jiġu implimentati 113-il proġett b’investiment kollettiv ta’ madwar €6 miljun. Dan il-programm huwa evidenza ċara tal-impenn strateġiku tal-Gvern biex joħloq bidliet pożittivi u tanġibbli fil-ħajja tal-komunitajiet, u biex itejjeb is-servizzi lokali, is-sigurtà u l-kwalità tal-ħajja tal-residenti.
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, ippresjedew din iċ-ċerimonja, fejn enfasizzaw kif il-fondi tal-LESA huma strument ċentrali biex jiġu indirizzati bżonnijiet reali tal-komunità u biex jiġu appoġġati inizjattivi li jħallu impatt immedjat u sostenibbli fuq iċ-ċittadini.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Camilleri enfasizza l-importanza ta’ infurzar ibbażat fuq is-sens u l-bilanċ, u qal, “Nemmen fl-ordni għax fejn ikun hemm l-ordni s-soċjetà taħdem aħjar. Nemmen ukoll li ċ-ċittadin ġust, dak li jsegwi r-regoli, għandu jħossu sigur u rispettat. L-infurzar bis-sens mhuwiex biex nifirħu bil-kastig, iżda biex ikollna bliet u rħula aktar organizzati, b’saħħithom u siguri fejn ngħixu aħjar flimkien.”
Il-Ministru fakkar kif proprju b’dan il-ħsieb, ftit wara li fl-2020 assuma r-responsabbiltà tal-Ministeru, kienet bdiet diskussjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex titwaqqaf skema strutturata u ġusta li terġa’ tinvesti d-dħul miċ-ċitazzjonijiet fi proġetti ta’ fejda diretta għall-komunitajiet — inizjattiva li minn dakinhar ’il hawn kompliet tissaħħaħ b’mod konsistenti.
Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet kif din l-iskema matul is-snin ħalliet il-frott u l-investiment tagħha fost il-komunitajiet.
Hija sostniet li fl-iskema ta’ din is-sena se jkunu tqassmu ’l fuq minn €1 miljun li nġabru mill-kontravenzjonijiet tat-traffiku mil-LESA.
“Bħala Gvern Lokali qed naħdmu id f’id mal-Aġenzija tal-Infurzar Lokali, il-LESA, sabiex il-flus miġbura millkontravenzjonijiet ma jinżammux mill-aġenzija jew mill-Gvern, iżda permezz tagħhom isir il-ġid fil-komunitajiet tagħna. Fil-fatt, fl-aħħar snin għexieren ta’ Kunsilli Lokali bbenefikaw minn dawn il-fondi biex iwettqu proġetti
ta’ tisbiħ u inizjattivi oħra li jgħinu liċ-ċittadin jgħix ħajja ta’ kwalità aħjar,” qalet is-Segretarju Parlamentari.
Il-proġetti approvati jinkludu