Omm il-kantanta lokali Milena Bianco qasmet messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali fejn esprimiet kemm hija kburija biha u bil-persuna li saret illum.
Fil-messaġġ tagħha, hija rrakkontat kif Milena gradwat fil-qasam tad-Digital Marketing wara snin ta’ ħidma iebsa, dedikazzjoni u diversi sagrifiċċji.
Hija qalet li matul dan il-vjaġġ rat lil bintha tiffaċċja sfidi differenti, iżda dejjem baqgħet determinata u ffukata fuq il-miri tagħha.
L-omm tagħha enfasizzat li dan il-mument jimliha b’ferħ kbir u kburija, filwaqt li tenniet li dan huwa biss il-bidu tal-vjaġġ ta’ Milena.
Hija awguratilha futur sabiħ mimli opportunitajiet, u ħeġġitha tibqa’ temmen fiha nnifisha u tkompli ssegwi l-ħolm tagħha, filwaqt li qalet li dejjem se tkun kburija li ssejħilha bintha