Żewġ Żgħażagħ Jintlemħu Bilqiegħda Fix-Xifer Tas-Sur Tal-Belt Valletta

Matul dawn l-aħħar sigħat bosta esprimew it-tħassib tagħhom fuq il-midja soċjali wara li f’xi ritratti li ħa l-fotografu Malti Daniel Cilia, żewġ żgħażagħ jidhru bilqiegħda fix-xifer tas-sur tal-Belt Valletta b’periklu liema bħalu għal ħajjithom.

Mal-ġurnal Times of Malta, il-fotografu Malti spjega kif hu lemaħ liż-żewġ żgħażagħ meta kien fi triqtu għal esebizzjoni.

Irrakkonta kif iż-żewġ żgħażagħ għamlu madwar 10 minuti bilqiegħda jitkellmu u jpejpu flimkien. Stqarr li nħasad mhux ftit b’mod partikolari meta fid-daqqa u l-ħin wieħed miż-żgħażagħ qam u beda jimxi max-xifer tas-sur.







Ritratti:

Daniel Cilia (mis-sit Times of Malta)

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI