Josette Busuttil tkellmet dwar dak li qed tħoss, 15-il ġurnata wara l-aċċident li kellha.
Hi spjegat, “Ħmistax-il ġurnata għaddew mill-aċċident tiegħi u dawn il-ġranet fakkruni kemm il-ħajja tista’ tkun fraġli, imma anke kemm hi xi ħaġa sabiħa li tkun imdawra b’nies li veru jimpurtahom. L-uġigħ għadu hemm, u għandu bżonn jgħaddi ż-żmien biex nirkupra. Xi mumenti huma diffiċli imma anke matul din l-iskumdita`nipprova nkompli nagħmel dak li nħobb, ngħid lil ħaddieħor u nkompli naħdem b’dedikazzjoni.”
Hi rringrazzjat lil kull min bagħat messaġġi ta’ kuraġġ jew ċempel għaliex tassew apprezzat kull wieħed u waħda minnhom għalkemm ma setgħetx twieġeb lil kulħadd.
Kompliet tispjega, “Inħossni grata għal kull messaġġ, talba, u ġest sabiħ. L-appoġġ tagħkom tani s-saħħa biex inkompli nimxi ‘l quddiem, ġurnata b’ġurnata. Grazzi minn qiegħ qalbi.”
Facebook / Josette Busuttil