Ftit jiem qabel ma jingħata bidu għall-istaġun tar-rebbiegħa, pajjiżna mistenni jintlaqat minn diversi ħalbiet tax-xita li wħud minnhom mistennija wkoll ikunu mżewqa b’xi ragħad.
Dan hekk kif it-tbassir tat-temp tal-Uffiċju Meteroloġiku Malti qed jindika li l-ġimgħa d-dieħla, kuljum mit-Tnejn sal-Ħamis, il-gżejjer Maltin se jkunu qed jintlaqtu mill-ħalbiet tax-xita.

It-temp xitwi li se jkun qed jolqot lil pajjiżna l-ġimgħa d-dieħla se jkun qed iġib miegħu wkoll riħ pjuttost qawwi li jmiss il-forza 6.
Matul dawn il-ġranet se tkun qiegħda tippersisti wkoll temperatura baxxa li saħansitra tinżel għal 10°C kultant.
Ir-rebbiegħa f’Malta mbagħad mistennija tibda l-Ġimgħa li ġej, fl-20 ta’ Marzu.
Facebook / Malta Weather