Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat kitbet messaġġ li jista’ jgħin lil dak li jkun għaddej minn mumenti fejn isib persuni fejn flok ikunu ta’ sapport, jippruvaw itellfu.
“Fil-ħajja se ssib min iħobbok, imma ssib ukoll dawk li jagħmlulek il-ħsara anki jekk tkun irrispettajthom u ħabbejthom. Ħalli kollox f’idejn Alla, għax ir-rispett u l-imħabba minn ħaddieħor mhux fil-kontroll tiegħek.”
Maria tkompli, “Iżra’ t-tajjeb, imma biegħed lil dawk li jkunu madwarek biex bħal lpup jattakkawk. Alla jara kollox u jħarsek. Ibqa’ emmen f’Alla.”
Kliem b’saħħtu li jgħodd għalina lkoll meta nsibu min jipprova jagħmlilna l-bsaten fir-roti!