“Persuni Li Jiskontaw Sentenza L-Ħabs Jibqgħu Jiġu Ttimbrati U Ġġudikati Għal Għomorhom” – Dr Yanika Barbara

Waqt dibattitu li seħħ fuq Popolin, Dr Yanika Barbara tkellmet dwar l-isfidi li qed jaffaċjaw persuni li jkunu għadhom kif skontaw sentenza ta’ priġunerija u li jkunu qed jipprovaw jibdew ħajjithom mill-ġdid.

Tispjega li ħafna drabi dawn il-persuni minnufih jibdew iħabbtu wiċċhom ma’ problemi finanzjarji li jwassluhom sabiex jerġgħu jwettqu l-istess żbalji tal-passat u konsegwentament jerġgħu jsibu rwieħhom il-ħabs.

Dr Barbara tfisser ukoll kif ħafna drabi dawn il-persuni jibqgħu jaffaċjaw ġudizzju għall-iżball li jkunu wettqu anke snin twal wara li jkunu skontaw is-sentenza.

Issostni li dan l-ambjent jagħmilha diffiċli ferm sabiex dawn il-persuni jintegraw lura fis-soċjetà. Sostniet li b’hekk biss jista’ l-ħabs jsir “faċilità korrettiva”.



Intom x’taħsbu dwar dan?





Ritratti:

Facebook / Popolin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI