Wara xhur ta’ stennija u emozzjonijiet waslet is-7 u l-aħħar semifinali ta’ BRILLANTI DANCE 2026.
9 semifinalisti, fejn minnhom 5 biss ser jgħaddu għall-FINALI ġewwa t-teatru Manoel, fil-Belt Valletta. L-isfida ta’ din l-aħħar semifinali ser tkun waħda spettakolari fejn is-semifinalsiti tagħna ser juruna l-versatilità tagħhom billi jżewġu tnejn jew aktar stili ta’ danza bl-irtokk personali u oriġinali tagħhom!
Stennew emozzjonijiet kbar u sorpriżi mhux mistennija li ser iħallu lil kulħadd b’ ħalqu miftuħ. Min minn Giada, Francesco, Julia, Davide, Victoria, Sienna, Aliyah, Cherly u Denise ser ikunu l-finalisti ta’ din il-5 edizzjoni ta’ BRILLANTI.
Inkunu nafu flimkien nhar l-Erbgħa li ġej fit-20.35p.m. Dan dejjem fuq ONE! Din il-ġimgħa BRILLANTI DANCE titilfux!

Facebook / Brillanti