“Peress Li T-Temp Beda Jisħon, Se Nibdew Naraw Iżjed Minnhom … Meta Tinzortaw Xi Wieħed Ressquh F’Post Sigur Fil-Ħaxix” – It-Temp Madwarna

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, It-Temp Madwarna qasmu ftit informazzjoni interessanti dwar il-qanfud.  

Huma qalu, “Il-qanfud hu annimal pjuttost ċkejken magħruf għax-xewk tiegħu li jipproteġih mill-periklu. Meta jħoss theddida, jitrembel f’boċċa biex jiddefendi ruħu. Il-qanfud Malti jgħix fil-kampanja u anke fil-ġonna, u hu protett bil-liġi. Jifforma parti mill-fawna Maltija u hu annimal notturn, jiġifieri jkun attiv l-aktar bil-lejl, u jħobb jiekol l-insetti.”

Żiedu, “Peress li t-temp beda jisħon, se nibdew naraw iżjed minnhom – ġieli jkun qed jaqsam it-triq u meta jara d-dawl ta’ karozza ġej fuqu jieqaf zoptu u ġieli jittajjar intortament, għaliex id-dawl qawwi jfixklu. Meta tinzortaw xi wieħed ressquh f’post sigur fil-ħaxix.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI