“Għadni Bla Kliem… Ingħatajt Rekord Nazzjonali Għall-Akbar Ammont Ta’ Filmati Ta’ Mudelli Maħduma Minn Persuna Waħda” – Tiziana Gaffiero

Tiziana Gaffiero

Tiziana Gaffiero, bint il-preżentatur Ivan Gaffiero, esprimiet emozzjoni kbira wara li kisbet rikonoxximent nazzjonali waqt is-serata ta’ Gaffiero Stars, fejn ingħatat rekord għall-akbar ammont ta’ filmati li ħadet hi waħedha ta’ mudelli li kkompetew.

“Għadni bla kliem… f’serata ta’ Gaffiero Stars ingħatajt rekord nazzjonali għall-akbar ammont ta’ filmati ta’ mudelli maħduma minn persuna waħda fejn qbiżt l-elf video ma’ Gaffiero Productions. Dawn is-snin ma kinux faċli…”

Tiziana fissret kif il-vjaġġ tagħha ma kienx wieħed faċli, b’ħafna sfidi u diffikultajiet tul is-snin. Minkejja dan, Tiziana sostniet li qatt ma ċediet u kompliet taħdem b’determinazzjoni kbira.

Fil-messaġġ tagħha, hija rringrazzjat lill-Malta Records għal dan ir-rikonoxximent importanti, kif ukoll lil dawk kollha li baqgħu jappoġġjawha tul il-karriera tagħha.

Hi temmet billi qalet li llum tħoss li qed tiġi verament rikonoxxuta, u li dan jagħtiha motivazzjoni.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI