Illum, is-sindku ta’ Birżebbuġa Scott Camilleri qed jiċċelebra għeluq sninu hekk kif beda kapitlu ġdid f’ħajtu – għeluq it-28 sena tiegħu.
F’messaġġ li qasam mal-pubbliku, huwa esprima l-gratitudni tiegħu lejn kull min bagħatlu awguri f’dan il-jum speċjali.
Scott irringrazzja lil dawk kollha li ħasbu fih u bagħtulu messaġġi sbieħ, u sostna kemm japprezza dawn il-ġesti ta’ mħabba u appoġġ.
“Kapitlu 28 beda llum! Nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom li bgħattuli l-messaġġi sbieħ tal-awguri,” jikteb Scott.
B’mod partikolari, huwa semma lil Rebecca, li minkejja ġurnata impenjattiva, sabet il-ħin biex flimkien jiċċelebraw dan il-mument importanti.
Awguri mill-qalb!
Facebook/ Scott Camilleri