Mark Laurence Zammit Ippropona Lill-Maħbuba Tiegħu Deborah U Hi Qalet Iva!

Deborah Francalanza

Aħbar sabiħa u mimlija ferħ tħabbret fuq paġna lokali ta’ Facebook, hekk kif il-ġurnalist Mark Laurence Zammit, għamel pass importanti fil-ħajja personali tiegħu: ippropona lill-partner tiegħu Deborah Francalanza – u hi qalet iva.

Deborah qalet li din hi l-iktar ‘iva’ faċli għaliha li setgħet tgħid. F’kumment emozzjonali ieħor, hija żiedet: “Ninsab ħerqana biex nippjanaw it-tieġ tagħna, iżda l-iktar li qed nistenna huwa ż-żwieġ tagħna. Għal ħajja twila flimkien.”

Awguri lil Mark Laurence u Deborah għall-futur mimli saħħa, mħabba u ħafna affarijiet sbieħ.







Ritratti:

Instagram/ Deborah Francalanza

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI