L-artist żagħżugħ Denilson Zammit ħalla lil bosta impressjonati b’pittura li rnexxielu jpitter tad-Deputat Prim Ministru Dr Ian Borg.
F’post li hu tella’ fuq il-midja soċjali, l-artist żagħżugħ jidher qiegħed jippreżenta din il-pittura lid-Deputat Prim Ministru nnifsu proprju lbieraħ fil-Parlament ta’ Malta.
Ftit xhur ilu, il-ħiliet artistiċi ta’ Denilson għal darb’oħra kisbu l-attenzjoni tal-poplu Malti meta f’dik l-okkażjoni kien pitter lil Dr Lydia Abela, mart il-Prim Ministru Dr Robert Abela.
Prosit tassew!
Instagram / @denilsonzammit