Tnax-il Ġimgħa Ta’ Eżerċizzju Għal Żgħażagħ Li Fil-Futur Se Jkunu Uffiċjali Tal-Forzi Armati

Caders

Armed Forces of Malta qasmu aġġornament interessanti fuq il-midja soċjali dwar it-taħriġ li bħalissa qed jingħata lill-uffiċjali futuri tal-pajjiż.

Minbarra r-reklutaġġ li għaddej bħalissa, il-Forzi Armati qed imexxu wkoll programm ta’ Cadetship għall-Officer Cadets, li huma żgħażagħ li qed jitħarrġu biex fil-futur jieħdu rwoli ta’ tmexxija fi ħdan l-armata.

“Matul din il-ġimgħa, parti mit-taħriġ tagħhom inkludiet il-“Colour Drill”, eżerċizzju importanti li mhux biss isaħħaħ id-dixxiplina u l-koordinazzjoni, iżda jżomm ħajjin it-tradizzjonijiet militari. Dan it-tip ta’ taħriġ jgħin lill-kadetti jiżviluppaw sens qawwi ta’ responsabbiltà, rispett u ħidma f’tim — valuri essenzjali għal kull uffiċjal.

“F’din il-ġimgħa, parti mit-taħriġ tagħhom kienet tinkludi l-Colour Drill, eżerċizzju importanti li jsaħħaħ il-ħiliet u t-tradizzjoni militari. Prosit lill-Kadetti kollha għad-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom lejn pajjiżna!”

Il-Forzi Armati faħħru d-dedikazzjoni u l-impenn ta’ dawk li pparteċipaw u rrikonoxxew ix-xogħol u s-sagrifiċċju li qed jagħmlu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI