“Inżommu Fit-Talb Tagħna Lil Mons. Dun Vinċenz Deguara… Qed Iħejji Ruħu Għall-Aħħar Vjaġġ Tiegħu Lura Fid-Dar Tal-Missier.” – Parroċċa San Sebastjan

Mons. Dun Vinċenz

Il-paġna Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi kitbet messaġġ biex tħeġġeġ lill-komunità kollha biex iżżomm f’talbha lil Mons. Dun Vinċenz Deguara.

“Il-Parroċċa tħeġġeġ lill-komunità parrokkjali kollha u lill-poplu ta’ Alla biex inżommu fit-talb tagħna lil Mons. Dun Vinċenz Deguara, ex-Kappillan tal-Parroċċa tagħna, li qed iħejji ruħu għall-aħħar vjaġġ tiegħu lura fid-Dar tal-Missier.”

Il-messaġġ ikompli, “Nitolbu għalih u nafdawh taħt il-ħarsien tal-Madonna u tal-patrun tagħna San Sebastjan Martri sabiex jakkumpanjawh f’dan il-vjaġġ lejn Bieb is-Sema u ma jdumx ma jissieħeb fis-Saltna tal-Missier fejn hemm jistrieħ għal dejjem fl-eternità.”

Illejla fis-18:00 ser ikunu qed jinġabru bħala komunità fil-Knisja Arċipretali u permezz tat-talba tar-Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija, jitolbu għall-bżonnijiet ta’ Mons. Dun Vinċenz Deguara.

Huma jħeġġu lil kulħadd biex ixerred l-avviż ħalli jinżamm fit-talb tagħna f’dawn il-mumenti. Tinsab fit-talb tagħna Mons. Dun Vinċenz Deguara.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI