“Filwaqt Li F’Għajnejna Dan Huwa Rekord Dinji Miksur, Inħallu F’Idejn Il-Ġurija Barranija Sabiex Tagħrblu U Tiċċertifikah” – The Malta Records

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records tkellmu mas-segwaċi tagħhom dwar rekord nazzjonali ġdid.

Qalu, “Bħal kull nhar ta’ Ħadd, The Malta Records illum konna preżenti waqt il-programm ‘Bonġu Malta’ sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-ikbar ammont ta’ nagħal taż-żwiemel li persuna maskili jirnexxilha tgħawweġ (tiftaħ) f’minuta. Ta’ min jgħid li dan ir-rekord saret applikazzjoni għalih fil-kotba tar-rekords dinjin, fejn ir-rekord preżenti huwa ta’ 14-il nagħla.”

Żiedu, “Tony Farrugia rnexxielu jgħawweġ (jiftaħ) 15-il nagħla f’minuta. Filwaqt li f’għajnejna dan huwa rekord dinji miksur, inħallu f’idejn il-ġurija barranija sabiex tagħrblu u tiċċertifikah. Ir-rekord sar waqt il-programm ‘Bonġu Malta’ li kien imxandar dirett minn ‘Agri Fair’ ġewwa MFCC f’Ta’ Qali għall-istazzjon nazzjonali televiżiv TVM.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI