Qed jintbagħat email fejn jintqal dejta miksuba permezz ta’ intrużjoni cibernetika, qed twassal biex jinfetħu proċeduri kriminali kontra dak li jkun.
L-akkużi jinkludu pornografija tat-tfal, pedofilija, cibberpornografija u espozizzjoniindecenti. Fost l-oħrajn huma jakkużaw li;
“Ħafna mill-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni ċibernetika tikkostitwixxi prova irrefjutabbli tad-delitti tieghek. Jekk jogħġbok ibgħat bl-email id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek sabiex jiġu eżaminati u verifikati; dan irid isir fi żmien 48 siegħa.”
Il-Pulizija tavża li dan kollu hu falz. “SCAM ALERT. Qed jiċċirkola dan l-email, li huwa SCAM. Jekk tirċevih, injorah. Għinuna nxerrdu dan il-messaġġ billi tagħmlu share – Grazzi.”
Attenti minn scams bħal dawn.