Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu l-preżentatur Alfred Zammit sellem il-memorja ta’ Mrs Doris Borg li ħalliet din id-dinja riċentament.
Hu qal, “Insellem il-Memorja ta’ Mrs Doris Borg mill-Arċipierku l-Belt Valletta. Mara kwieta u ta’ eżempju nisrani kbir fejn it-tbatija tal-mard għarfet issofrih għalina.Tfakkarni fil-vers li kiteb Dun Karm “Fil-hemm inberkuk”. Strieħ fis-Sliem Doris u Kondoljanzi lill-familja kollha.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tagħha. Tistrieħ fis-sliem.