Lil Lydon u Jomike żgur li jinsabu għal qalb ħafna, u ċertament li jieħdu gost isegwu l-kontenut tagħhom. Huma apparti li jitfgħu filmati relatati mal-makjetti, jieħdu ħsieb jawguraw persuni speċjali f’ħajjithom, li bla dubju tant jappoġġjawhom
Din id-darba kien imiss li jawguraw lin-Nanna! “Happy birthday Nanna. Nixtiqulek ħafna saħħa u kuntentizza,” jiktbu Lydon u Jomike.
Qasmu anke ritratt tagħha għall-okkażjoni, fejn kienu bosta li kkummentawlha biex jagħtuha x-xewqat sbieħ.
Awguri mill-qalb!
Facebook/ Lydon & Jomike