“Aħna Tant Fortunati Li Għandna Lilek F’Ħajjitna” – Danica Muscat Lil Missierha F’Għeluq Sninha

Danica Muscat

Il-kantanta lokali Danica Muscat qasmet messaġġ mill-qalb iddedikat lil missierha, John Muscat, hekk kif qed jiċċelebra għeluq sninu.

Fil-messaġġ tagħha, hija awguratlu ħafna mħabba, saħħa u kuntentizza.

“Nawguralek ħafna mħabba, saħħa tajba, u ferħ dejjem. Inti missier tal-għaġeb u nannu mill-isbaħ għan-neputijiet tiegħek. Aħna tant fortunati li għandna lilek f’ħajjitna.”

Flimkien ma’ dan il-messaġġ mimli apprezzament u gratitudni, hi xerrdet ritratti ta’ missierha, fosthom mumenti flimkien ma’ uliedha.

Awguri mill-qalb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI