Illum hija ġurnata speċjali għall-kantanta Maltija Georgina Abela, li qed tiċċelebra għeluq sninha proprju f’Jum San Ġorġ, data b’tifsira kulturali qawwija għal ħafna Maltin.
Il-vjaġġ tagħha fil-mużika beda minn età żgħira, hekk kif ta’ 13-il sena rebħet żewġ festivals fl-Isla. Wara waqfa, reġgħet irritornat għaxar snin wara mal-grupp Structure. Fl-1985 ħadet sehem fil-Blanzuni u kienet ukoll backing vocalist għal Joe Carr fil-Festival Kanzunetta Maltija, qabel mis-sena ta’ wara bdiet tipparteċipa bħala solista.
Fl-1986 iżżewġet lill-kompożitur Paul Abela, u fl-1991 kellhom lil Ryan Paul. Matul il-karriera tagħha ħadet sehem f’diversi festivals kemm f’Malta kif ukoll barra, fosthom f’Antalya, l-Irlanda u Praga.
Mument memorabbli jibqa’ l-parteċipazzjoni tagħha fil-Eurovision Song Contest 1991 bid-dwett Could It Be ma’ Paul Giordimaina. Barra minn hekk, ħadet sehem f’diversi musicals u dehret ukoll fis-sensiela Il-Prinċep tal-Warda Bajda u fil-film Imħabba Fuq il-Għolja.
Nawguralha aktar snin ta’ suċċess u kuntentizza. Awguri mill-qalb!
Facebook / Georga Abela