Il-preżentatriċi u qarrejja tal-aħbarijiet fuq TVM, Francesca Attard, qed tiċċelebra għeluq sninha b’messaġġ sempliċi iżda mimli emozzjoni li qasmet mas-segwaċi tagħha fuq il-midja soċjali.
“29 sena minn din il-ħajja sabiħa. Imbierka li jien imdawra b’tant imħabba,” kitbet Francesca, fejn esprimiet kemm tħossha grata għall-imħabba u s-sapport li għandha madwarha.
Il-post tagħha malajr ġibed attenzjoni kbira, b’ħafna nies jibagħtulha awguri u kliem sabiħ biex jiċċelebraw dan il-jum speċjali magħha. Minn kummenti ta’ ħbieb, kollegi u segwaċi, jidher ċar kemm Francesca hija persuna maħbuba kemm fuq kif ukoll barra l-iskrin.
Matul is-snin, Francesca Attard saret wiċċ magħruf fuq it-televiżjoni Maltija, partikolarment permezz tar-rwol tagħha bħala qarrejja tal-aħbarijiet. Il-professjonalità tagħha u l-preżenza naturali fuq l-iskrin għamlulha reputazzjoni soda fost it-telespettaturi.
Dan il-messaġġ ta’ għeluq sninha juri wkoll naħa aktar personali tagħha, waħda ta’ gratitudni u apprezzament lejn il-ħajja u n-nies li jdawruha.
Aħna ningħaqdu mal-awguri kollha u nawguraw lil Francesca sena oħra mimlija suċċess, ferħ u mumenti sbieħ.
Facebook / Francesca Attard