“Qed Jiċċelebraw Is-Seba’ Anniversarju Tal-Ordinazzjoni Tagħhom” – Il-Komunità Ta’ San Ġiljan Tawgura Lil Dawn It-Tliet Saċerdoti

st julians

Il-paġna St Julians Malta wasslet messaġġ ta’ awgurju lil tliet saċerdoti li llum qed jiċċelebraw anniversarju importanti fil-vokazzjoni tagħhom. Fr Aayrton Muscat, Fr Matthew Pulis u Fr Jean Gove’ qed ifakkru s-seba’ anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom, pass sinifikanti fil-ħajja reliġjuża tagħhom.

Is-servizz tagħhom fil-komunità ċertament li huwa apprezzat minn ħafna, speċjalment għal kemm kienu viċin in-nies u attivi fil-ħajja parrokkjali.

“Nawguraw lil Fr Aayrton Muscat, Fr Matthew Pulis u Fr Jean Gove’ li llum 27 ta’ April qed jiċċelebraw is-seba’ anniversarju tal-ordinazzjoni tagħhom. It-tlieta li huma taw is-servizz taghhom bħala djakni fil-parroċċa ta’ San Ġiljan. Fr Jean huwa wkoll il-viċi kappillan ta’ San Ġiljan. Awguri!”

Il-messaġġ jagħlaq b’awguri sinċieri lil dawn it-tliet saċerdoti, filwaqt li jixtieqilhom aktar snin ta’ servizz u dedikazzjoni.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI