Ċertament li Mejju, ix-xahar tal-Eurovision, iġib ħafna memorji differenti għal artisti lokali bħal Ira Losco, li apparti li telgħet darbtejn tirrappreżentana, iż-żewġ esperjenzi kienu speċjali.
Fl-2002, Ira klassifikat lil Malta fit-tieni post, b’12 punt biss bogħod mir-rebħa, u fl-2016, kienet tqila b’Harry waqt il-vjaġġ tal-Eurovision.
“Huwa x-xahar tal-Eurovision u Malta qed tistenna bil-ħerqa! Dejjem xahar li jġib miegħu tant memorji!… Għaddew tant snin u għadni dejjem grata għall-komunità tal-Eurovision, li dejjem ġagħluni nħossni maħbuba u sigura.”
Qasmet ritratt meħud nhar is-Sibt li għadda waqt il-pre-party li sar f’San Ġiljan.
Facebook/ Ira Losco