Illum missier Amber qed jiċċelebra għeluq sninu, u l-kantanta sabiex tfakkar din l-okkażjoni qasmet ritratt mill-isbaħ ma’ binha Ġużi, in-neputi tiegħu.
Fuq il-midja soċjali kemm-il darba turi l-apprezzament tagħha lejn dak kollu li jagħmlu l-ġenituri tagħha għaliha u għall-familja kollha.
Amber tikteb, “Awguri Nannu Checker. Inħobbuk ħafna .” Kienu ħafna li kkummentaw biex jawguraw lil missier Amber kif ukoll iggustaw ir-ritratt tan-“Nannu Checker” flimkien maċ-ċkejken Ġużi.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu f’dan il-jum għażiż, u nixtiqulu ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Facebook/ Amber